SpeakTX

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI MID-DAR

MT | ENG

1. Kundizzjonijiet Għall-Użu

Biex wieħed juża l-iSpeakTX, irid ikun qed jirċievi s-servizz ta’ terapija fi ħdan iċ-Ċentru tal-Patoloġija tad-Diskors u tal-Lingwa, li jagħmel parti mill-Kura tas-Saħħa Primarja.

It-terapista tal-lingwa u d-diskors joħloq kont għall-klijent mal-iSpeakTX. Ikun meħtieġ l-isem u l-kunjom, kif ukoll indirizz elettroniku attiv u użat regolarment.

Biex jiġi aċċessat l-iSpeakTX, hemm bżonn kompjuter, laptop, jew tablet. L-użu tal-mowbajl biex jiġi aċċessat l-iSpeakTX mhux rakkommandat.

2. Aċċess għas-sit ta’ l-iSpeakTX

Ladarba jinħoloq il-kont, wieħed jirċievi imejl awtomatika mingħand l-iSpeakTX.

Jekk din l-imejl ma tinstabx fl-inbox, wieħed għandu jiċċekkja folders oħra bħal “Promozzjonijiet”, “Spam”, eċċ.

L-imejl fiha kodiċi t’erba’ ittri li huwa bżonnjuż biex wieħed jidħol fis-sit tal-iSpeakTX.

Taħt “Utent tad-Dar”, għandu jiddaħħal dan il-kodiċi b’mod korrett u tintgħażel il-buttuna “Login”.

Huwa importanti li dan il-kodiċi ma jintesiex għax wieħed għandu bżonnu biex jidħol fis-sit tal-iSpeakTX. Dan il-kodiċi huwa privat u m’għandux jitqassam ma’ terzi persuni.

Wara li wieħed jidħol f’dan is-sit, javvanza lejn id-dexxbord personali.

3. Dexxbord

Fid-dexxbord wieħed isib il-pjan ta’ eżerċizzji individwali.

Fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna, fuq ix-xellug, hemm l-isem tal-iSpeech Therapist li se jiggwida lill-klijent fl-użu tal-iSpeakTX.

Hawnhekk wieħed isib ukoll sett ta’ istruzzjonijiet.

Fin-naħa ta’ fuq tal-paġna, fuq il-lemin, hemm buttuna minn fejn jiġi aċċessat il-profil tal-klijent. It-Terapista tal-klijent u l-klijent biss jistgħu jaraw dan il-profil.

Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-buttuna tal-log out. Wieħed irid joħroġ mis-sistema meta jlesti l-eżerċizzji mogħtija.

4. Pjan ta' Eżerċizzju

Il-pjan ta’ eżerċizzju jsaħħaħ il-kooperazzjoni it-Terapista tal-lingwa u d-diskors u l-klijent kif ukoll joffri opportunità ta’ prattika barra mis-sessjonijiet diretti mat-terapista.

Il-pjan ta’ eżerċizzji huwa maħluq għall-klijent mit-terapista u hawnhekk wieħed isib eżerċizzji speċifiċi bl-istruzzjonijiet u bl-iskadenzi biex jitlesta kull eżerċizzju. Hawnhekk wieħed ikollu ħarsa ġenerali aħjar tal-għanijiet li t-terapista tal-lingwa u d-diskors qed jistenna meta jsiru l-eżerċizzji.

It-terapista jista’ jibgħat notifiki bl-imejl dwar kull eżerċizzju miżjud mà dan il-pjan. Dan jippermetti biex wieħed iżomm kont tat-tibdiliet fil-pjan tal-eżerċizzji mingħajr il-bżonn li jaċċessa s-sit tal-iSpeakTX.

Importanti li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tat-terapista tal-lingwa u d-diskors meta jagħmel l-eżerċizzji mogħtija.

5. Lingwa

Agħżel “Malti” mill- menù fuq ix-xellug biex taċċessa l-eżerċizzji mogħtija bil-Malti.

Agħżel “Ingliż” mill-menù fuq ix-xellug biex taċċessa l-eżerċizzji mogħtija bl-Ingliż.

Jekk jinħtieġu eżerċizzji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, issib pjan ta’ eżerċizzji taħt iż-żewġ lingwi.

6. Kontenut tal-Pjan ta' Eżerċizzju

Fil-pjan ta’ eżerċizzju, wieħed jista’ jsib:

Dan il-kontenut jiġi aċċessat billi wieħed jagħfas fuq l-isem jew il-link.

apple-3

7. Paġna ta'Introduzzjoni għall-Eżerċizzju

Meta wieħed jagħfas fuq eżerċizzju interattiv, tinfetaħ paġna ta’ introduzzjoni b’dawn il-mistoqsijiet:

Qabel kull eżerċizzju huwa importanti li wieħed jaqra l-istruzzjonijiet għax dawn jistgħu jvarjaw minn eżerċizzju għall-ieħor.

Biex wieħed jibda l-eżerċizzju, irid jagħżel ‘Ibda’.

Wara li jintemm l-eżerċizzju wieħed jista’ jaċċessa r-riżultat miġjub billi jagħfas fuq ‘Ara r-riżultat’.

8. Kontenut tal-Eżerċizzji

SpeakTX joffri varjetà t’eżerċizzji li jintużaw għal għanijiet differenti.

Għal eżerċizzji li jinkludu l-awdjo, importanti li wieħed jixgħel l-ispikers.

Meta jinbeda l-eżerċizzju, wieħed għandu jara:

Kull eżerċizzju huwa magħmul minn paġni diversi indikati bi ċrieki li juru l-progress matul l-eżerċizzju. F’xi eżerċizzji, wieħed jirċievi feedback immedjat.

apple-6

Tweġiba korretta hija indikata bl-aħdar waqt li tweġiba żbaljata hija indikata bl-aħmar.

Fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin hemm aċċess għas-seting tal-eżerċizzju. Skont l-eżerċizzju, tista’ tbiddel:

It-terapista tal-lingwa u d-diskors tiegħek jista’ jkun li diġà għażel is-seting meħtieġa għalik.

9. Istruzzjonijiet u Komunikazzjoni mat-terapista tal-lingwa u d-diskors

It-terapista tal-lingwa u d-diskors jista’ jżid istruzzjonijiet speċifiċi għal kull eżerċizzju fil-pjan maħluq.

Wieħed jista’ jara dawn l-istruzzjonijiet fil-paġna prinċipali tal-pjan t’eżerċizzju taħt is-sezzjoni ‘Deskrizzjoni’. Meta wieħed jagħfas fuq dan il-messaġġ, tinfetaħ paġna separata b’deskrizzjoni sħiħa.

Minn hawnhekk il-klijent jista’ jitlob għal aktar informazzjoni dwar l-eżerċizzju.

Il-komunikazzjoni mat-terapista hija waħda privata.

10. Skadenza tal-Eżerċizzju

Fil-paġna prinċipali tidher l-iskadenza mixtieqa mit-terapista, għal xi eżerċizzju fil-pjan individwali.

Meta din l-iskadenza tgħaddi, l-eżerċizzju jidher taħt “Eżerċizzji Inattivi”.

Jekk it-terapista iżid ħin għal konsultazzjoni bil-vidjo, wieħed irid jidħol f’dak il-ħin biex jiltaqa’ mat-terapista.

11. Riżultat miksub meta jitlesta xi eżerċizzju

Wara li jitlesta eżerċizzju, ir-riżultati jintwerew, ġeneralment bħala perċentwal ta’ tweġibiet korretti, flimkien mal-ammont ta’ ħin li kien hemm bżonn biex jitlesta l-eżerċizzju.

Wieħed jista’ jara t-tweġibiet korretti u żbaljati billi mill-paġna prinċipali jaċċessa s-sessjoni “Ara r-riżultati”.

Hawnhekk jidher riżultat dettaljat għal kull darba li sar l-eżerċizzju. Skont il-kontenut tal-eżerċizzju, wieħed jista’ jara t-tweġibiet tajba jew ħżiena kif ukoll dawk maqbuża.

Parti mir-riżultat juri l-ammont ta’ ħin li jkun hemm bżonn biex jitlesta l-eżerċizzju. 

Ir-riżultati miksuba għal kull eżerċizzju huma viżibbli mit-terapista tiegħek. Dawn ir-riżultati jgħinu biex jiġi aġġornat il-pjan tal-eżerċizzju skont il-bżonnijiet individwali.

12. Progress fl-Eżerċizzju

Il-kuluri taċ-ċrieki juru lit-terapista jekk l-eżerċizzju sarx jew le.

apple-5

13. Kodiċi ta' Login

Jekk insejt il-kodiċi tal-login, daħħal l-indirizz elettroniku użat meta nħoloq il-profil fuq SpeakTX.

Il-kodiċi jintbagħat f’dan l-indirizz elettroniku.

Tista’ wkoll tikkuntattja t-terapista tal-lingwa u d-diskors tiegħek.