Il-Kura tas-Saħħa Primarja hija mpenjata biex twassal is-servizz ta’ tim multidixxiplinari, bl-ogħla livell u kwalità possibbli fil-komunità biex b’hekk dawn is-servizzi jkunu iktaraċċessibbli. Dawn is-servizzi huma mifruxin madwar Malta u Għawdex u jiġu offruti minn postijiet diversi. Fost is-servizzi offruti mill-Kura tas-Saħħa Primarja hemm is-servizz offrut miċ-Ċentru tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma.
Dan iċ-ċentru jagħmel parti mis-servizzi offruti mill-Kura tas-Saħħa Primarja u joffri għajnuna fil-qasam ta’diffikultajiet tad-diskors u l-lingwa, li jwasslu għal tnaqqis ta’ komunikazzjoni verbali jew miktuba. Iċ-Ċentru joffri assessjar, pjan ta intervent, appoġġ u informazzjoni relatati ma dawn id-diffikultajiet. Dan iċ-Ċentru jaħdem biex jiżdied l-għarfien u l-prevenzjoni ta’ dawn id-diffikultajiet fi ħdan il-komunità.
L-Ispeech Language Pathologist jaħdem ma nies ta kull eta’, li jesperjenzaw diffikultajiet ta’ komunikazzjoni. Fit-tfal, dawn jistgħu jimmanifestaw ruħhom f’etajiet bikrin jew tul l-iżvilupp, waqt li fl’adulti dawn jstgħu jiżviluppaw minħabba xi kumplikazzjonijiet newroloġiċi.
Iċ-Ċentru tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma joffri servizz fl-isptarijiet, djar residenzjali Kliniċi fil-Komunità, Ċentri tas-Saħħa kif ukoll minn numru estensiv ta’ skejjel. Dan is-servizz mifrux jiżgura titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni tal-klijent fl-ambjenti differenti u bl-appoġġ kontinwu tal-familjari u nies oħrajn fil-ħajja tal-klijent.
Fit-2024, ġiet imnedija kollaborazzjoni bejn il-Kura tas-Saħħa Primarja u l-iżviluppaturi tal-pjattaforma SpeakTX. Is-servizz taċ-Ċentru tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma ġie msaħħaħ permezz ta din il-pjattaforma. Din hi pjattaforma interattiva onlajn, li minbarra li toffri eżerċċizji għall-prattika f’oqsma diversi relatati mal-lingwa, toffri wkoll viżibilità fuq il-progress tal-pazjent irrispettivament minn fejn il-pazjent qed juża l-pjattaforma, jekk hux waqt sessjoni f’waħda mill-Kliniċi fil-Komunità, Ċentri tas-Saħħa, Skejjel jew mid-dar.
It-terapisti fi ħdan iċ-Ċentru tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma ħadu ħsib li jiġu żviluppati eżerċizzji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż biex b’hekk din il-pjattaforma tkun aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz f’Malta u Għawdex.
Tim