SpeakTX

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI MID-DAR

MT | ENG

1. Kundizzjonijiet Għall-Użu

Biex wieħed juża l-iSpeakTX, irid ikun qed jirċievi s-servizz ta’ terapija fi ħdan iċ-Ċentru tal-Patoloġija tad-Diskors u tal-Lingwa, li jagħmel parti mill-Kura tas-Saħħa Primarja.

It-terapista tal-lingwa u d-diskors joħloq kont għall-klijent mal-iSpeakTX. Ikun meħtieġ l-isem u l-kunjom, kif ukoll indirizz elettroniku attiv u użat regolarment.

Biex jiġi aċċessat l-iSpeakTX, hemm bżonn kompjuter, laptop, jew tablet. 

2. Aċċess għas-sit ta’ l-iSpeakTX

Ladarba jinħoloq il-kont, wieħed jirċievi imejl awtomatika mingħand l-iSpeakTX.

Jekk din l-imejl ma tinstabx fl-inbox, wieħed għandu jiċċekkja folders oħra bħal “Promozzjonijiet”, “Spam”, eċċ.

L-imejl fiha kodiċi t’erba’ ittri li huwa bżonnjuż biex wieħed jidħol fis-sit tal-iSpeakTX.

Taħt “Utent tad-Dar”, għandu jiddaħħal dan il-kodiċi b’mod korrett u tintgħażel il-buttuna “Login”.

Huwa importanti li dan il-kodiċi ma jintesiex għax wieħed għandu bżonnu biex jidħol fis-sit tal-iSpeakTX. Dan il-kodiċi huwa privat u m’għandux jitqassam ma’ terzi persuni.

Wara li wieħed jidħol f’dan is-sit, javvanza lejn id-dexxbord personali.

3. Pjan ta' Eżerċizzju

Fid-dexxbord wieħed isib il-pjan ta’ eżerċizzji individwali.

Il-pjan ta’ eżerċizzju jsaħħaħ il-kooperazzjoni it-Terapista tal-lingwa u d-diskors u l-klijent kif ukoll joffri opportunità ta’ prattika barra mis-sessjonijiet diretti mat-terapista.

Il-pjan ta’ eżerċizzji huwa maħluq għall-klijent mit-terapista u hawnhekk wieħed isib eżerċizzji speċifiċi bl-istruzzjonijiet u bl-iskadenzi biex jitlesta kull eżerċizzju. Hawnhekk wieħed ikollu ħarsa ġenerali aħjar tal-għanijiet li t-terapista tal-lingwa u d-diskors qed jistenna meta jsiru l-eżerċizzji.

It-terapista jista’ jibgħat notifiki bl-imejl dwar kull eżerċizzju miżjud mà dan il-pjan. Dan jippermetti biex wieħed iżomm kont tat-tibdiliet fil-pjan tal-eżerċizzji mingħajr il-bżonn li jaċċessa s-sit tal-iSpeakTX.

Importanti li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tat-terapista tal-lingwa u d-diskors meta jagħmel l-eżerċizzji mogħtija.

Jekk jinħtieġu eżerċizzji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, issib pjan ta’ eżerċizzji taħt iż-żewġ lingwi.

4. Kontenut tal-Pjan ta' Eżerċizzju

Fil-pjan ta’ eżerċizzju, wieħed jista’ jsib:

Dan il-kontenut jiġi aċċessat billi wieħed jagħfas fuq l-isem jew il-link.

apple-3

5. Paġna ta'Introduzzjoni għall-Eżerċizzju

Meta wieħed jagħfas fuq eżerċizzju interattiv, tinfetaħ paġna ta’ introduzzjoni b’dawn il-mistoqsijiet:

Qabel kull eżerċizzju huwa importanti li wieħed jaqra l-istruzzjonijiet għax dawn jistgħu jvarjaw minn eżerċizzju għall-ieħor.

Biex wieħed jibda l-eżerċizzju, irid jagħżel ‘Ibda’.

6. Kontenut tal-Eżerċizzji

SpeakTX joffri varjetà t’eżerċizzji li jintużaw għal għanijiet differenti.

Għal eżerċizzji li jinkludu l-awdjo, importanti li wieħed jixgħel l-ispikers.

Kull eżerċizzju huwa magħmul minn paġni diversi indikati bi ċrieki li juru l-progress matul l-eżerċizzju. F’xi eżerċizzji, wieħed jirċievi feedback immedjat.

Tweġiba korretta hija indikata bl-aħdar waqt li tweġiba żbaljata hija indikata bl-aħmar.

apple-6

Fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin hemm aċċess għas-seting tal-eżerċizzju. Skont l-eżerċizzju, tista’ tbiddel:

It-terapista tal-lingwa u d-diskors tiegħek jista’ jkun li diġà għażel is-seting meħtieġa għalik.

7. Skadenza tal-Eżerċizzju

Fil-paġna prinċipali tidher l-iskadenza mixtieqa mit-terapista, għal xi eżerċizzju fil-pjan individwali.

Meta din l-iskadenza tgħaddi, l-eżerċizzju jidher taħt “Eżerċizzji Inattivi”.

Jekk it-terapista iżid ħin għal konsultazzjoni bil-vidjo, wieħed irid jidħol f’dak il-ħin biex jiltaqa’ mat-terapista.

8. Riżultat miksub meta jitlesta xi eżerċizzju

Hawnhekk jidher riżultat dettaljat għal kull darba li sar l-eżerċizzju. Skont il-kontenut tal-eżerċizzju, wieħed jista’ jara t-tweġibiet tajba jew ħżiena kif ukoll dawk maqbuża.

Ir-riżultati miksuba għal kull eżerċizzju huma viżibbli mit-terapista tiegħek. Dawn ir-riżultati jgħinu biex jiġi aġġornat il-pjan tal-eżerċizzju skont il-bżonnijiet individwali.

9. Kodiċi ta' Login

Jekk insejt il-kodiċi tal-login, daħħal l-indirizz elettroniku użat meta nħoloq il-profil fuq SpeakTX.

Il-kodiċi jintbagħat f’dan l-indirizz elettroniku.

Tista’ wkoll tikkuntattja t-terapista tal-lingwa u d-diskors tiegħek.