It-Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu (Termini tal-Użu) japplikaw għall-użu tal-pjattaforma SpeakTX (Servizz) u d-drittijiet u l-obbligi tal-operatur tal-pjattaforma SpeakTX (Fornitur tas-Servizz) u l-utenti (Utenti). It-Termini tal-Użu jirregolaw l-aċċess għas-Servizz, l-użu tas-Servizz, it-tħaddim u l-kwalità tas-Servizz u l-ipproċessar tad-dejta personali tal-utenti.
1.1. Definizzjoni tas-servizz
Is-servizz huwa l-provvista ta’ aċċess għall-pjattaforma diġitali SpeakTX. Is-servizz jinkludi l-użu tal-eżerċizzji fuq il-pjattaforma SpeakTX kif ukoll l-użu ta’ karatteristiċi oħra.
1.2. Skop tas-servizz
Is-servizz jappoġġja l-prattika ta’ eżerċizzji relatati ma’ terapija tal-lingwa u d-diskors.
1.3. Natura tas-servizz
Is-servizz jista’ jintuża biex jarrikkixxi t-terapija tal-lingwa u d-diskors b’għodod diġitali. Dan is-servizz ma jinkludix id-dijanjosi tad-diffikultajiet relatati mal-iżvilupp tal-lingwa u d-diskors.
1.4. Fornitur tas-servizz
Il-fornitur tas-servizzi huwa SpeakTX OÜ.
2.1. Utent
Utent huwa l-persuna li tuża s-servizz. Dan jista’ jkun l-klijent li jagħmel użu mis-sit, terapisti tal-lingwa u d-diskors jew persuna ta’ appoġġ tal-klijent.
2.2. Il-Klijent
2.2.1. Il-klijent huwa persuna li tuża s-servizz biex tiżviluppa jew tirkupra l-funzjonijiet tal-lingwa u d-diskors tagħha.
2.2.2. Il-klijent jista’ jkun tifel/tifla (mill-inqas 3 snin) jew adult.
2.2.3. Il-klijent juża s-servizz taħt il-gwida u s-superviżjoni tat-terapista.
2.2.4. Il-kont tal-klijent huwa maħluq mit-terapista.
2.3. Organizzazzjoni u Terapista tal-lingwa u d-diskors
2.3.1. Fil-kuntest tat-termini ta’ użu, Organizzazzjoni tirreferi għaċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Patoloġija tal-lingwa u d-diskors fi ħdan il-Kura tas-Saħħa Primarja.
2.3.2. Terapista huwa patologu tal-lingwa u d-diskors li jaħdem fi ħdan din l-organizzazzjoni.
2.3.3. Terapista juża s-servizz biex jipprovdi terapija għall-klijent.
2.3.4. L-organizzazzjoni hija s-sid tal-kontijiet tal-klijent u tħaddan fija t-terapisti.
2.4. Persuna ta’ appoġġ tal-klijent
Persuna ta’ appoġġ tal-klijent hija l-ġenitur tal-klijent, membru tal-familja jew persuna oħra ta’ appoġġ (minbarra it-terapist) li jiggwida u jassisti lill-klijent fl-użu tas-Servizz.
3.1 Ħolqien ta’ kontijiet
3.1.1. Kont għall-klijent huwa maħluq mit-terapista tal-lingwa u d-diskors. Biex joħloq kont, it-terapista għandu jimla l-isem, il-kunjom u l-indirizz elettroniku tal-klijent.
3.1.2. Il-Fornitur tas-Servizz jattiva l-kont tal-klijent meta l-informazzjoni msemmija fit-taqsima 3.1.1. timtela. Tintbagħat email lill-klijent b’kodiċi b’erba’ karattri biex jiġi aċċessat s-Servizz.
3.1.3. Il-kont tat-terapist jinħoloq mill-Fornitur tas-Servizz. Għall-ħolqien ta’ kontijiet tat-terapita l-Organizzazzjoni trid tipprovdi l-ismijiet u l-indirizzi tal-posta elettronika tat-terapista.
3.1.4. Għall-ħolqien tal- kont, il-klijent u l-Organizzazzjoni huma obbligati li jużaw informazzjoni personali u ta’ kuntatt korretta. Il-Fornitur tas-Servizz mhuwiex responsabbli għal xi dewmien jew ostaklu fl-attivazzjoni tas-servizz jekk id-dewmien jew l-ostaklu jkun ikkawżat minn informazzjoni mhux preċiża pprovduta mill-klijent jew mill-Organizzazzjoni.
3.2. Validità tal-kontijiet
Il-kontijiet tat-terapisti u tal-klijenti huma validi sa tmiem il-perjodu ta’ abbonament tal-Organizzazzjoni, sakemm ma jkunx espress mod ieħor mill-Organizzazzjoni.
3.3. Użu tal-kontijiet
3.3.1. Kull klijent huwa responsabbli għas-sigurtà tal-kont tiegħu. Hija r-responsabbiltà tal-klijent u/jew persuna ta’ appoġġ li jżomm il-kodiċi ta’ erba’ karattri użat biex jaċċessa s- servizz mistur. Hija r-responsabbiltà tat-terapista li jżomm il-password biex taċċessa l-kodiċijiet tas-servizz u tal-klijenti assoċjati mal-kont tat-terapista ‘il bogħod minn partijiet terzi. Kull klijent għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara jew konsegwenzi li jirriżultaw mill-iżvelar ta’ informazzjoni relatata mal-kont tiegħu/tagħha lil partijiet terzi.
3.3.2. Il-klijent għandu d-dritt li jaqsam l-aċċess għall-kont tiegħu ma’ persuna ta’ appoġġ bil-għan li jirċievi assistenza u gwida fl-użu tas-servizz.
3.3.3. It-terapista għandu dritt jibgħat kodiċijiet ta’ aċċess għall-kont tal-klijent, lill-klijenti nfushom, jew lil persuna ta’ appoġġ assoċjata magħhom.
4.1. Kundizzjonijiet ġenerali
4.1.1. Kwalunkwe klijent għandu juża s-servizz biss għall-finijiet u bil-mod li għalih is-servizz huwa ddisinjat u magħmul disponibbli.
4.1.2. Kull klijent għandu juża s-servizz skont il-liġi u prattika tajba. Kwalunkwe klijent huwa pprojbit milli juża s-servizz għall-iskop li jwettaq, jgħin, jiffavorixxi, jinċita kriminalità jew kwalunkwe attività illegali oħra. Kull klijent huwa pprojbit milli juża s-servizz għal skopijiet mhux xierqa u b’mezzi mhux xierqa.
4.1.3. Kull klijent għandu juża s-servizz skont it-Termini tal-Użu.
4.1.4. Kwalunkwe klijent huwa pprojbit milli juża s-servizz biex jimmonitorja d-disponibbiltà jew il-funzjonalità tiegħu jew għal kwalunkwe skop kompetittiv ieħor.
4.2. Użu ta’ eżerċizzji u karatteristiċi
4.2.1. Kwalunkwe klijent huwa intitolat juża l-eżerċizzji u l-karatteristiċi kollha disponibbli taħt il-kont tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima.
4.2.2. It-terapista għandu d-dritt li jassenja eżerċizzji lill-klijenit li huma xierqa għall-età u l-ħtiġijiet tagħhom.
4.2.3. Hija r-responsabbiltà tat-terapista li jivvaluta l-ħtieġijiet tal-klijenti.
4.2.4. Kull klijent huwa obbligat jaqra l-istruzzjonijiet għal kull eżerċizzju qabel ma jagħmel l-eżerċizzju.
4.2.5. Il-Fornitur tas-servizz mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata lill-klijent f’każ li l-ħsara tkun ikkawżata minn:
a) Klijent li jagħmel eżerċizzju li huwa inkompatibbli mal-ħtieġa tiegħu għat-terapija tad-diskors u lingwa;
b) Użu b’mod indipendenti ta’ eżerċizzju maħsub li jsir biss taħt is-superviżjoni ta’ terapista;
c) Eżerċizzju li ma jsirx skont l-istruzzjonijiet.
4.2.6. Il-Fornitur tas-Servizz mhuwiex responsabbli f’każ li ma jkunx hemm żvilupp fid-diskors u l-lingwa tal- klijent, anke jekk s-servizz ikun użat b’mod regolari fuq perijodu taż-żmien.
4.2.7. Il-Fornitur tas-Servizz mhuwiex responsabbli għall-kontenut, il-kwalità jew il-konsegwenzi tat-terapija pprovduta mit-terapista għal- klijent.
4.2.8. L-organizzazzjoni hija responsabbli għal kwalunkwe ksur tal-obbligi tat-terapista taħt it-Termini tal-Użu li jirriżulta minn jew b’rabta mal-kondotta tat-terapista.
4.3. Ħolqien ta’ eżerċizzji
4.3.1. Minbarra li juża eżerċizzji eżistenti, it-terapista għandu d-dritt li joħloq eżerċizzji ġodda jew jimmodifika eżerċizzji eżistenti fil-pjattaforma SpeakTX għall- klijenti assoċjati miegħu/ha.
4.3.2. F’każ li it-terapista jagħżel li joħloq eżerċizzji ġodda jew jimmodifika eżerċizzji eżistenti, hija r-responsabbiltà tat-terapista li japplika kura professjonali u jqis il-ħtiġijiet tal-klijent.
4.3.3. F’każ li terapista jagħżel li joħloq eżerċizzji ġodda jew jimmodifika eżerċizzji eżistenti, hija r-responsabbiltà tal-istess terapista li jispjega bil-miktub il-kontenut, il-ħtieġa u l-iskop ta’ kull eżerċizzju, u jipprovdi struzzjoni bil-miktub għal kull eżerċizzju.
4.3.4. Biex joħloq u/jew jimmodifika eżerċizzji it-terapista jista’ juża l-materjal diġitali pprovdut mill-pjattaforma SpeakTX, inklużi awdjo, immaġni u vidjo. It-terapista jista’ juża wkoll materjal bl-istampi u awdjo ieħor fil-ħolqien tal-eżerċizzji, sakemm il-materjal u l-ebda komponenti tal-materjal ma jkunu protetti mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi. Il-Fornitur tas-servizz m’għandux ikun responsabbli għal xi pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien tal-eżerċizzji minn terapisti bi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi.
4.3.5. It-terapista huwa pprojbit milli jagħmel pubbliku eżerċizzju mhux komplut, żbaljat, mhux adattat għat-terapija tal-lingwa u d-diskors jew eżerċizzju li b’xi mod ieħor mhux xierqa. Barra minn hekk, terapista huwa pprojbit milli jagħmel pubbliku kwalunkwe eżerċizzju li jkunu mmodifika u li għandu titolu identiku għall-eżerċizzju oriġinali jew li jkun fih kontenut li huwa identiku għall-eżerċizzju oriġinali sal-limitu ta’ mill-inqas nofs l-eżerċizzju. Il-Fornitur tas-servizz jirriserva d-dritt li jħassar eżerċizzji bħal dawn mill-pjattaforma SpeakTX mingħajr il-kunsens tat-terapista.
4.3.6. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ eżerċizzju maħluq jew modifikat mit-terapista jappartjenu lill-Organizzazzjoni.
4.4. Skambju ta’ informazzjoni
4.4.1. Kwalunkwe klijent għandu d-dritt li jirċievi informazzjoni mill-Organizzazzjoni u Fornitur tas-servizz dwar il-kontenut tas-servizz u appoġġ fl-użu tas-servizz. L-Organizzazzjoni u l-Fornitur tas-servizz huma obbligati li jipprovdu lil kwalunkwe klijent b’informazzjoni dwar il-kontenut tas-servizz u appoġġ fl-użu tas-servizz f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara li ssir it-talba.
4.4.2. Hija r-responsabbiltà tat-terapista li jiggwida u jappoġġa lill-klijenti tiegħu u/jew lill-persuna ta’ appoġġ fl-użu tas-servizz.
4.4.3. Id-dejta dwar l-użu tas-servizz mill-klijent (inkluż it-twettiq tal-eżerċizzji) hija disponibbli għat-terapist sabiex ikunu jista’ jippjana u jimmodifika t-terapija. It-terapista huwa pprojbit milli jiżvela dik id-data lil partijiet terzi mingħajr il-kunsens tal-klijent u/jew persuna ta’ appoġġ.
4.4.4. Kwalunkwe tilwima li tinqala’ bejn xi terapista, klijent u/jew persuna ta’ appoġġ b’rabta mal-użu tas-servizz għandha tiġi riżolta bejn il- partijiet. Il-Fornitur tas-Servizz m’għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni kontra kwalunkwe klijent li jirriżulta mill-użu tas-Servizz.
5.1. Il-Fornitur tas-servizz huwa responsabbli biex jiżgura li s-servizz ikun disponibbli 24 siegħa kuljum. F’każ ta’ tfixkil, il-Fornitur tas-servizz għandu jieħu miżuri biex jirrestawra s-servizz fi żmien raġonevoli.
5.2. Il-Fornitur tas-servizz mhuwiex responsabbli għal tfixkil ikkawżat minn forza maġġuri.
5.3. Kwalunkwe klijent għandu d-dritt u huwa mħeġġeġ jinnotifika lill-Organizzazzjoni u/jew lill-Fornitur tas-servizz bi kwalunkwe tfixkil fl-użu tas-servizz u bi kwalunkwe żball jew difett skopert fl-użu tas-servizz.
5.4. F’każ ta’ tfixkil, il-Fornitur tas-servizz huwa obbligat li jieħu azzjoni immedjata biex jirrestawra s-servizz. Il-Fornitur tas-servizz huwa obbligat li jinnotifika lill-klijent fuq il-paġna web SpeakTX bi kwalunkwe tfixkil li jaffettwa b’mod sinifikanti l-aċċess għas-servizz fi żmien tliet sigħat minn meta tiġi skoperta l-interruzzjoni.
6.1. Data personali pproċessata
6.1.1. Il-Fornitur tas-Servizz għandu d-dritt li jipproċessa d-dejta personali li ikun irċieva mingħand l-organizzazjoni jew terapista mar-reġistrazzjoni u waqt l-użu tas-Servizz.
6.1.2. Id-dejta personali pproċessata tinkludi iżda mhux biss:
a) l-isem u l-kunjom,
b) indirizz elettroniku,
d) informazzjoni li l-klijent ikun daħħal fil-profil SpeakTX,
e) data miġbura dwar l-eżerċizzji mwettqa mill-klijent (ħin, tul, riżultati tal-prestazzjoni, eċċ.),
f) data relatata mal-pjan ta’ eżerċizzju tal-klijent.
6.2. Għan tal-ipproċessar tad-dejta personali
Id-dejta personali tintuża mill-Fornitur tas-servizz għall-iskop li jipprovdi u jiżviluppa s-servizz lill klijent.
6.3. Sigurtà tal-ipproċessar ta’ data personali
6.3.1. Il-Fornitur tas-servizz jimpenja ruħu li jiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta personali sabiex jipproteġi d-dejta personali kontra l-ipproċessar aċċidentali jew mhux awtorizzat, l-iżvelar, l-aċċess minn partijiet terzi jew il-qerda. Filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom, in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar tad-dejta personali, kif ukoll il-probabbiltà u l-kobor tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tan-nies li jirriżultaw mill-ipproċessar, il-Fornitur tas-servizz għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta personali.
6.3.2. Il-Fornitur tas-servizz jidħol fi ftehimiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u l-kunfidenzjalità mal-impjegati tiegħu, is-sottokuntratturi u oħrajn li għandhom aċċess għad-dejta personali pprovduta mill-klijent.
6.4. Drittijiet tal-klijent fl-ipproċessar tad-dejta personali
Il- klijent għandu d-drittijiet kollha taħt il-liġi applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu. Fost l-oħrajn, il-klijent għandu d-drittijiet li ġejjin:
a) id-dritt li jistaqsi lill-Fornitur tas-servizz f’kwalunkwe ħin jekk u liema data personali li għandha x’taqsam magħhom qed tinżamm u qed tiġi pproċessata mill-Fornitur tas-servizz;
b) id-dritt li jitlob lill-Fornitur tas-servizzi jispeċifika jew jikkoreġi d-dejta personali tiegħu jekk ma tkunx biżżejjed, mhux kompluta jew mhux korretta;
c) id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Fornitur tas-servizz;
d) id-dritt li jitlob it-tħassir ta’ dejta personali;
e) id-dritt li jitlob ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Fornitur tas-servizzi meta l-Fornitur tas-Servizzi ma jkunx aktar jeħtieġ id-dejta personali għall-finijiet tal- ipproċessar jew meta jkunu oġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-dejta personali;
f) id-dritt li jressaq talba jew ilment mal-Aġenzija għall-Protezzjoni tad-Dejta jew qorti jekk il-klijent iqis li d-drittijiet tiegħu nkisru fl-ipproċessar tad-dejta personali.
7.1. Validità u emenda tat-Termini tal-Użu
7.1.1. Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fit-Termini tal-Użu għandhom jidħlu fis-seħħ fil-mument li l-klijent jidħol fil-kont tiegħu fuq il-pjattaforma SpeakTX għall-ewwel darba. Klijent li juża s-servizz jaqbel mat-Termini ta’ Użu.
7.1.2. Jekk xi artikolu tat-Termini ta’ Użu huwa invalidu, il-validità tal-artikoli li jifdal tat-Termini ta’ Użu m’għandhiex tiġi affettwata.
7.2. Tibdil tat-Termini ta’ Użu
7.2.1. Il-Fornitur tas-servizz għandu d-dritt li jimmodifika unilateralment it-Termini tal-Użu billi jippubblika t-Termini tal-Użu modifikati fuq il-paġna web SpeakTX.
7.2.2. Il-klijent jitqies li aċċetta t-Termini tal-Użu aġġornati jekk ikompli juża s-Servizz wara li t-Termini tal-Użu jkunu ġew aġġornati, ippubblikati u nnotifikati lill-klijent.
7.2.3. Il-klijent għandu d-dritt li jirtira mis-servizz jekk ma jaqbilx mat-Termini tal-Użu mibdula.
8.1. Ksur tat-Termini tal-Użu
Il-Fornitur tas-servizz għandu d-dritt li jħassar il-kont tal-klijent jekk il klijent ma jikkonformax mal-proċeduri stabbiliti fit-Termini tal-Użu, Il- klijent għandu d-dritt li jwaqqaf l-abbonament tas-servizz jekk il-Fornitur tas-servizz ma jikkonformax mal-proċeduri stabbiliti fit-Termini tal-Użu.
8.2. Liġi applikabbli
Il-liġi tar-Repubblika tal-Estonja tapplika għar-relazzjonijiet legali bejn il-Fornitur tas-servizz u l-Organizzazzjonil i jirriżultaw mill-użu tas-Servizz.
8.3. Riżoluzzjoni tat-tilwim
Il-Fornitur tas-Servizz u l-klijent għandhom ifittxu li jsolvu kwalunkwe tilwima, kontroversja jew talba li tirriżulta minn jew b’rabta mal-użu tas-servizz permezz ta’ negozjati bona fede bejniethom. Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni, it-tilwim għandu jiġi solvut fil-qorti tal-Kontea ta’ Harju f’Tallinn, l-Estonja.