SpeakTX

SpeakTX Malta

Għall-Pazjenti

Proċess personalżżat u kollaborattiv

Għall-Pazjenti

Proċess personalżżat u kollaborattiv

Sezzjonijiet esklussivi

Sezzjonijiet speċjali għall-afasja (aphasia), dysphagia, u disartrija (dysarthria) biex tgħin lill- pazjenti jerġgħu jiksbu l-ħiliet komunikattivi tagħhom.

Imfassal Għalik

Il-pjanijiet ta’ terapija huma mfassla għal kull pazjent skont il-bżonnijiet u l-għanijiet individwali.

Konsultazzjonijiet Onlajn

 Esperjeza l-konvenjenza u l-kumdità tal-konsultazzjonijiet onlajn ta’ SpeakTX, li jippermetti li tikkuntatja lill-ispeech language pathologist mill-privatezza ta’ darek stess. SpeakTX jiffaċilita l-vjaġġ ta’ riabilitazzjoni fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Ħidma f'Tim

Esperjenza kif SpeakTX jgħin numru ta’ speċjalisti jikkollaboraw flimkien biex jgħinuk tagħmel progress waqt li l-qraba tiegħek ukoll jistgħu jipparteċipaw. B’din il-ħidma f’tim, inti se tegħleb l-isfidi u tiċċelebra r-rebħiet tiegħek.

Sapport waqt l-irkupru mill-Afasja

L-afasja (aphasia) hija diffikultà tal-lingwa li hi komuni u taffettwa l-abbiltà ta’ persuna biex titkellem, tifhem, taqra u tikteb. SpeakTX toffri sezzjoni iddedikata għall-individwi li għandhom l-afasja, billi tipprovdi firxa ta’ eżerċizzji li jaħdmu fuq il-vokabularju, il-binja ta’ sentenzi u ħiliet biex wieħed jifhem il-lingwa. Permezz ta’ prattika konsistenti u gwida, il-pazjenti jistgħu jagħmlu progress sinifikanti biex jegħlbu l-ostakli tal-komunikazzjoni assoċjati mal-afasja.

Id-disfaġja (dysphagia)

Id-disfaġja (dysphagia), meta persuna ikollha diffikultà biex tibla’, hija diffikultà prevalenti għal individwi b’diffikultajiet newroloġiċi. Din id-diffikultà tista’ timpatta l-abbiltà tal-persuna biex tixrob, tiekol u żżomm nutrizzjoni xierqa. Is-sezzjoni tad-disfaġja tal-iSpeakTX tiffoka fuq it-tisħiħ tal-muskoli involuti meta wieħed jibla’ u ttejjeb il-koordinazzjoni permezz ta’ eżerċizzji apposta. L-iSpeak TX jindirizza il-bżonnijiet ta’ kull individwu u joffri sapport biex l-individwu jagħmel eżerċizzji biex isaħħaħ il-mod ta’ kif jibla’ b’mod sigur u effiċjenti.

Id-disartrija

Id-disartrija (dysarthria) hija diffikulta fid-diskors li tirriżulta meta il-muskoli tad-diskors ikunu dgħajfa jew il-muskoli jkunu kkoordinati ħażin. Dan jista’ jaffettwa l-abbiltà ta’ persuna li tlissen il-kliem b’mod ċar, b’hekk il-komunikazzjoni ssir iktar diffiċli. Is-sezzjoni tad-disartrija tal-SpeakTX tiffoka fuq il-muskoli u fuq il-movimenti tal-ħalq permezz ta’ firxa ta’ vidjows skont in-nervituri tal-moħħ. B’dan il-mod, il-pazjenti ikunu jistgħu jsaħħu l-muskoli, itejbu l-koordinazzjoni u l-kontroll u dan jgħin biex jerġgħu jiksbu d-diskors ċar.

Approċċ personalizzat

SpeakTX jagħmel enfasi fuq approċċ personalizzat għall-ispeech therapy. L-ispeech language pathologists ikunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ eżerċizzji skont il-bżonnijiet ta’ kull pazjent. Jistgħu wkoll b’mod remot, isegwu l-progress li l-pazjent ikun qed jagħmel u jbiddlu l-pjan kif meħtieġ. B’hekk l-għajnuna tkun iktar effettiva u ta’ sapport.

Kollaborazzjoni interdixxiplinari

B’differenza minn pjattaformi tradizzjonali ta’ speech therapy, SpeakTX joffri opportunitajiet interdixxiplinari lil sptarijiet u kliniċi oħra biex numru ta’ professjoinisti jkunu jistgħu jsegwu onlajn lil pazjent. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, timijiet ta’ professjonisti bħal pereżempju speech language pathologists u fiżjoterapisti, ikunu jistgħu jsegwu l-progress tal-pazjent u jaħdmu flimkien biex il-kura tkun ħolistika. B’hekk il-pazjenti jirċievu sapport ħolistiku effettiv fir-rijabilitazzjoni tagħhom.

Sapport lill-individwi biex jikbru u jaħdmu fuq id-diffikultajiet tagħhom

SpeakTX hija għodda b’saħħitha għal persuni b’kundizzjonijiet posttrawmatiċi u diffikultajiet newroloġiċi li qed ifittxu l-għajnuna biex il-ħiliet tagħhom fil-lingwa u fid-diskors jerġgħu lura għal li kienu. B’sezzjonijiet speċjalizzati u enfasi fuq kura personaliżżata u interdixxiplinari, SpeakTX tipprovdi sapport komplut għal pazjenti bl-afasja, id-disfaġija u d-disartrija. Peress li SpeakTX jiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti u t-tfassil ta’ pjani individwali skont il-bżonnijiet, SpeakTX iwitti t-triq lejn rijabilitazzjoni ta’ suċċess u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja.