Speech Therapy b'mod li t-tfal jieħdu gost jitgħallmu
Għat-Tfal
Speech Therapy b'mod li t-tfal jieħdu gost jitgħallmu
Eżerċizzji Interattivi
Kollezzjoni estensiva ta’ eżerċizzji interattivi għal etajiet differenti.
Inrawmu l-Kunfidenza
Għin lit-tfal iżidu l-kunfidenza b’SpeakTX, hekk kif itejbu il-ħiliet fil-komunikazzjoni u jegħlbu d-diffikultajiet. Ara l-progress waqt li jsiru iktar kunfidenti u lesti li jiffaċjaw id-dinja.
Tagħlim imfassal għall-individwu
Terapija mħejja għal sapport effettiv skont kif meħtieġ.
Ħidma f'tim
Permezz tal-iSpeakTX, professjonisti u membri tal-familja jaħdmu id f’id biex jgħinu fl-iżvilupp tal-lingwa u d-diskors tat-tfal.
Eżerċizzji interattivi skont l-età
SpeakTX jipprovdi kollezzjoni estensiva ta’ eżerċizzji interattivi għal etajiet differenti. B’hekk it-tfal juru interess waqt li huma mogħtija sfidi f’livell skont il-ħiliet tagħhom. Dawn l-eżerċizzji jkopru firxa kbira ta’ ħiliet fil-lingwa bħall-vokabularju, il-grammatika, il-pronunzja, il-kitba u l-qari biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ dawn il-ħiliet fil-lingwa u d-diskors tat-tfal.
Esperjenza interessanti u pjaċevoli
SpeakTX iħajjar lill-istudenti permezz tal-pjattaforma interattiva, li toffri alternattiva għall-eżerċizzji tradizzjonali stampati. It-tfal jieħdu gost jinnavigaw billi jagħżlu, iċaqalqu u jesperimentaw elementi varji tal-eżerċizzji. B’hekk l-esperjenza tagħhom tħajjarhom iktar biex ikomplu jipprattikaw. Il-format diġitali tal-iSpeakTX jimmotiva lit-tfal biex ikomplu jitgħallmu.
Kunfidenza u s-soċjaliżazzjoni
SpeakTX itejjeb il-kunfidenza u s-soċjaliżazzjoni fit-tfal. Meta t-tfal jimxu minn eżerċizzju għall-ieħor b’suċċess, isiru iktar kunfidenti fl-abiltajiet tagħhom biex jikkomunikaw u dan jidher ukoll f’sitwazzjonijiet soċjali. Din il-kunfidenza li titrawwem fit-tfal tgħinhom jieħdu sehem attiv f’konverżazzjonijiet, jagħmlu ħbieb ġodda u jieħdu sehem fi gruppi mingħajr biża’ li l-lingwa u d-diskors tagħhom se jtellifhom.
Tagħlim skont il-ħtieġa
SpeakTX joffri tagħlim personalizzat ta’ terapija tad-diskors, fejn l-għanijiet jiġu mħejjija skont il-ħtiġijiet partikolari tat-tifel. B’hekk it-tfal jirċievu terapija effettiva immirata skont il-ħtiġijiet tagħhom fil-lingwa u d-diskors.
Kollaborazzjoni mal-Professjonisti u l-Familja
SpeakTX tgħin fil-kollaborazzjoni bejn il-terapisti tal-lingwa, professjonijiet oħra u l-familja li flimkien, joħolqu ambjent ta’ sapport għat-tfal. B’dan il-mod, it-terapista tal-lingwa u l-familja jkunu jistgħu jkejlu l-progress li qed jagħmlu t-tfal u jagħmluhom kuraġġ biex ikomplu jaħdmu ħalli jtejbu aktar l-abbiltajiet tagħhom. Peress li l-familja hija involuta b’mod dirett f’dan il-proċess, it-tfal iħossuhom motivati.
Tisħiħ fil-Komunikazzjoni
SpeakTX hija għodda b’saħħitha li tinteressa lit-tfal u tgħinhom jiżviluppaw il-ħiliet fil-lingwa u fid-diskors, kemm jekk għandhom bżonn ftit iktar għajnuna fl-iżvilupp tal-ħiliet tad-diskors kif ukoll jekk għandhom bżonn iktar għajnuna għal diffikultajiet fid-diskors. B’dawn l-eżerċizzji interattivi, SpeakTX toffri għajnuna lil tfal ta’ kull età u kull livell tal-lingwa, waqt li t-tfal ikunu qed jieħdu gost u b’hekk itejbu l-kunfidenza u l-ħiliet soċjali tagħhom. Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-professjonisti, il-familja u t-tfal, Speak TX iservi ta’ għodda li tgħin lit-tfal jivżiluppaw il-ħiliet fil-lingwa u fid-diskors sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw b’mod faċli u b’kunfidenza.