SpeakTX

Istruzzjonijiet

Għal Professjonisti
fil-Qasam tas-Saħħa

Bidla fis-servizz ta' Speech Therapy

Għal Professjonisti fil-Qasam tas-Saħħa

Bidla fis-servizz ta' Speech Therapy

Eżerċizzji Diġitali

SpeakTX tbiddel il-materjal tal-ispeech therapy f’wieħed diġitali, biex b’hekk l-eżerċizzji għall-pazjenti isiru interattivi.

Tfassil b'mod individwali

Bla sforz tkun tista’ tfassal pjanijiet ta’ terapija u toħloq eżerċizzji personalizzati, li huma preċiżi u uniċi skont l-bżonnijiet u l-miri ta’ kull pazjent.

Opportunitajiet ta' Telemedicine

Ħu vantaġġ mit-telemedicine b’konsultazzjonijiet onlajn permezz ta’ SpeakTX, b’hekk tespandi l-firxa tiegħek u tgħinek tipprovdi servizz ta’ kwalità għolja lill-pazjenti li jgħixu f’postijiet remoti.

Kura Interdixxiplinarja

L-iSpeakTX iħeġġeġ kura interdixxiplinarja u kollaborattiva, fejn numru ta’ speċjalisti jkollhom aċċess għal-profil tal-pazjent u jkunu jistgħu joffru sapport ħolistu biex jiġi żgurat il-massimu ta’ progress permezz tat-terapija.

Diġitalizzazzjoni ta' materjal tat-terapija

SpeakTX idaħħal l-ispeech therapy f’era diġitali b’eżerċizzji interattivi onlajn li jżommu lill-pazjenti motivati u interessati. L-ispeċjalisti jistgħu faċilment joħolqu pjanijiet ta’ terapija individwali għal kull pazjent, b’għażla minn mijiet ta’ eżerċizzji, u jsegwu l-progress ta’ kull individwu onlajn. Il-bidla għal materjal diġitali tippermetti li l-professjonisti jkollhom iktar ħin biex jaħdmu mal-pazjenti u jiffokaw fuq affarijiet li jitolbu intervent speċjalizzat.

Soluzzjonijiet tat-telemedicine

Il-konsultazzjonijiet onlajn permezz ta’ SpeakTX joffri possibiltà li wieħed jaqbad b’mod remot ma’ pazjenti li għandhom nuqqas ta’ faċilitatjiet tat-trasport. Permezz ta’ konsultazzjonijiet b’mod remot, l-ispeċjalisti jistgħu jivvalutaw il-bżonnijet tal-pazjenti, joħolqu pjanijiet ta’ terapija u jsegwu l-progress mingħajr ma l-pazjent ikollu bżonn joħroġ minn daru. B’hekk titjieb l-aċċessibilità billi l-pazjenti jirċievu s-sapport li għandhom bżonn.

Kura Interdixxiplinarja

SpeakTX tippromwovi l-kollaborazzjoni u l-kura interdixxiplinarja billi ġġib flimkien speċjalisti li għandhom aċċess għall-profil tal-pazjent. Din il-ħidma bħala tim tiżgura li l-pazjenti jirċievu sapport ħolistiku mill-varji dixxiplini, per eżempju, l-ispeech therapy, il-fiżjoterapija, u l-occupational therapy. B’SpeakTX, speċjalisti jistgħu jaħdmu flimkien biex isegwu l-progress tal-pazjent u jbiddlu l-pjanijiet tat-terapija skont il-bżonn, u b’hekk jipprovdu l-aħjar kura possibbli għall-pazjenti tagħhom.

Sezzjonijiet għal kundizzjonijiet partikolari

SpeakTX toffri sezzjonijiet speċjalizzati skont il-bżonnijiet partikolari ta’ nies bl-afasja, disfaġija, disartrija u kundizzjonijiet oħra. Dawn is-sezzjonijiet speċjalizzati jipprovdu firxa ta’ eżerċizzji differenti u materjal kliniku minn fejn l-ispeċjalist ikun jista’ jagħżel skont il-miri speċifiċi tal-pazjent, b’hekk il-kura tkun iktar effettiva u personalizzata.

Oħloq eżerċizzji individwaliżżati b'mod faċli

SpeakTX jippermetti li speċjalisti joħolqu l-eżerċizzji tagħhom permezz ta’ użu ta’ mudelli u ġabra ta’ midja pprovdut mill-pjattaforma. B’hekk professjonisti jkunu jistgħu jfasslu il-materjal għat-terapija skont il-bżonnijiet uniċi u l-preferenzi tal-pazjenti tagħhom.

Bidla fi Speech Therapy

SpeakTX huwa game-changer għal speċjalisti kliniċi, ibiddel l-ispeech therapy u t-telemedicine billi joffri eżerċizzji interattivi u diġitali, konsultazzjonijiet onlajn u kura interdixxiplinarja. B’faċilitazzjoni tal-proċess ta’ kura u żieda fl-aċċess għall-kura, SpeakTX jippermetti lill-professjonisti li jipprovdu sapport tal-iktar kwalità għolja lill-pazjenti tagħhom, f’rigward il-lingwa u d-diskors, lil hinn mill-post u ċ-ċirkostanzi tagħhom. B’karatteristiċi innovattivi u permezz tal-kollaborazzjoni, SpeakTX huwa parti fundamentali tal-ispeech therapy u t-telemedicine.