SpeakTX

Istruzzjonijiet

Għall-Edukaturi

Trasformazzjoni/Bidla fl-ispeech therapy fl-edukazzjoni

Għall-Edukaturi

Trasformazzjoni/Bidla fl-ispeech therapy fl-edukazzjoni

Eżerċizzji interessanti

SpeakTX joffri firxa ta’ eżerċizzji interattivi li jinteressaw lit-tfal u jimmotivawhom biex ikomplu jagħmlu progress waqt il-proċess ta’ speech therapy.

Għajnuna skont il-bżonn

Mingħajr sforz, oħloq pjan ta’ terapija u ddisinja l-eżerċizzji tiegħek, b’hekk kull student jirċievi għajnuna individwalizzata biex jintlaħaq il-progress mixtieq fit-terapija.

Video Calls

SpeakTX jgħin lill-ispeech therapists u l-għalliema biex jaqbdu onlajn mal-istudenti, biex ikunu jistgħu joffru is-sapport meħtieġ skont il-bżonn, biex jingħelbu diffikultajiet fl-iskedar u l-ivjaġġar.

Kollaborazzjoni

Kollaborazzjoni bejn professjonisti minn dixxiplini differenti biex jintlaħqu l-bżonnijiet fil-lingwa u d-diskors ta’ l-istudent.

Eżerċizzji interattivi

 SpeakTX toffri firxa ta’ eżerċizzji interattivi skont il-bżonnijiet u l-abbiltajiet tal-istudenti. Dawn l-eżerċizzji ġew maħluqa apposta b’mod interessanti għat-tfal u li jimmotivahom, biex b’hekk l-istudenti jibqgħu entużjasti għas-sezzjonijiet ta’ terapija. Permezz tal-użu ta’ materjal diġitali, l-ispeech language pathologists u l-għalliema jistgħu joħolqu ambjent dinamiku ta’ tagħlim li jinkoraġġixxi l-progress u tinbena attitudni pożittiva lejn l-ispeech therapy.

Lezzjonijiet onlajn

Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, huwa essenzjali li edukaturi jkunu jistgħu jilħqu lill-istudenti onlajn. Il-faċilità ta’ tele-prattika permezz ta’ SpeakTX tgħin lill-ispeech language pathologists u l-għalliema f’konsultazzjoni onlajn biex b’hekk, is-sezzjonijiet tat-terapija isiru iktar aċċessibbli għall-istudenti. Il-konsultazzjoni onlajn tiżgura li l-istudenti kollha jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn, huma fejn huma u hi x’inhi ċ-ċirkostanza tagħhom.

Kollaborazzjoni

Il-kollaborazzjoni bejn l-ispeech language pathologists, għalliema u edukaturi oħra hi kruċjali għas-sapport meħtieġ minn studenti li għandhom diffikultajiet fil-lingwa u fid-diskors. SpeakTX jiffaċilita din il-kollaborazzjoni bejn professjonijiet minn oqsma differenti li jkollhom aċċess għall-profil ta’ student. Din il-kollaborazzjoni tat-tim ta’ professjonisti tiżgura terapija ħolistika skont il-bżonnijiet kollha ta’ komunikazzjoni.

Sezzjonijiet għal kundizzjonijiet speċifiċi

 Integra SpeakTX fl-ambjent edukattiv tiegħek billi toffri moduli varji mfassla għad-diversi ħtiġijet fl-iżvilupp tad-diskors. L-iSpeak TX joffri għajnuna biex itejjeb abbilitajiet fid-diskors, żvilupp tal-grammatika, ħiliet li jwasslu għall-iżvilupp tal-kitba u l-qari u temtim. Agħti lill-istudenti l-għodda li għandhom bżonn biex jimxu ‘l quddiem, waqt li jieħdu gost jitgħallmu u jilħqu l-potenzjal tagħhom fl-iżvilupp tal-lingwa.

Oħloq eżerċizzji individwalizzati b'mod faċli

 SpeakTX jippermetti li l-ispeech language pathologists u l-għalliema joħolqu pjan individwallizzat ta’ terapija b’għażla minn mijiet ta’ eżerċizzji disponibbli. Barra minn hekk, SpeakTX jipprovdi mudelli u ġabra ta’ eżerċizzji, b’hekk il-professjonisti jkunu jistgħu joħolqu l-eżerċizzji tagħhom b’mod faċli. Dan jassigura li t-terapija u l-pjanijiet tat-terapija ikunu individwalizzati skont il-bżonnijiet tal-istudenti biex l-istudenti jibbenifikaw bl-aħjar mod mit-terapija.

Transforming Speech Therapy

SpeakTX hija għodda utli għall-ispeech language pathologists biex tingħata t-terapija li hemm bżonn lill-istudenti. Permezz ta’ eżerċizzji interessanti, video calls, kontenut li jista’ jiġi addattat għall-individwu u għodda ta’ kollaborazzjoni, SpeakTX jgħin biex jiġi provdut sapport ta’ kwalità għolja biex jgħinu lill-istudenti fid-diffikultajiet tal-lingwa u d-diskors. Ħaddan il-futur tal-ispeech therapy b’SpeakTX, u ara l-bidla u l-impatt li dan jista’ jkollu fuq il-ħiliet kommunikattivi tal-istudenti u l-kunfidenza tagħhom.