SpeakTX

SpeakTX Malta

Pjattaforma ta'
speech therapy

Pjattaforma ta'
speech therapy

Karatteristiċi

Eżerċizzji Interattivi

Maħluq minn tim lokali ta' speech therapists b'esperjenza.

Pjanijiet ta' Eżerċizzju

Pjanijiet ta' terapija personalizzati mmirati biex jintlaħqu għanijiet individwali.

Konsultazzjoni onlajn

Jista’ jsir kuntatt mal-klijent permezz ta’ telefonata bil-vidjow, skond il-ħtieġa u kif deċiż mill-ispeċjalista.

Ħolqien ta' Eżerċizzji

Oħloq l-ezerċizzji tiegħek bl-użu ta' ġabra ta' midja pprovduta.

Eżerċizzji

SpeakTX jgħin fil-prattika tal-għanijiet immirati waqt is-sessjonijiet tat-terapija fil-kliniċi tal-iSpeech Therapy, offruti fil-komunita’ mill-Kura tas-Saħħa Primarja. L-eżerċizzji provduti huma mmirati għal diffikultajiet varji relatati mal-ħiliet tal-lingwa u d-diskors. Dawn huma interattivi u interessanti u b’hekk iħajru iktar biex issir il-prattika meħtieġa, li twassal għar- riżultat effettiv f’iqsar żmien. L-eżerċizzji jistgħu isiru b’mod indipendenti jew bl-għajnuna ta’ xi pesuna responsabbli.

KINDERGARTENS U SKEJJEL

SpeakTX ijintuża f’kindergartens u skejjel. Huwa adattat għal tfal minn 3 snin biex jgħinhom fl-iżvilupp tad-diskors u l-lingwa u b’hekk jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom. L-eżerċizzji jistgħu jsiru fil-kindergarten jew skola taħt il-gwida ta’ speċjalist, jew id-dar b’mod indipendenti jew bl-għajnuna tal-ġenituri.

TITJIEB FIL-ĦILIET TAL-LINGWA U D-DISKORS

SpeakTX jgħin biex ikun hemm titjieb fil-ħiliet tal-lingwa u d-diskors. Eżerċizzji interattivi għal etajiet differenti, b’elementi lingwistiċi differenti u livelli differenti. Titjieb fil-ħiliet tal-lingwa u d-diskors jgħinu lit-tfal iżidu l-kunfidenza fihom infushom u dan iwassal għal interazzjonijiet soċjali iktar faċli.

APPOĠĠ U SETGĦA LILL-ISPEĊJALISTI

L-eżerċizzji u l-vidjows kollha disponibbli fuq il-pjattaforma ta’ SpeakTX huma ekwivalenti għal dawk użati f’terapija b’wiċċ imb wiċċ. Il-kontenut huwa maħluq minn speech therapists b’esperjenza. L-eżerċizzji u l-linji gwida huma faċilment aċċessibbli u jistgħu jintużaw minn speech therapists, għalliema u speċjalisti oħra.

SPTARIJIET U KLINIĊI

SpeakTX jintuża fi kliniċi biex jgħin lill-ispeċjalisti u lill-pazjenti. L-eżerċizzji huma mmirati għal kundizzjonijiet varji fejn hemm bżonn rijabilitazzjoni fil-ħiliet tal-lingwa u d-diskors.

RIJABILITAZZJONI FIL-ĦILIET TAL-LINGWA U D-DISKORS

SpeakTX hu adattat għal pazjenti b’kundizzjonijiet post-trawmatiċi u pazjenti b’kundizzjonijiet newroloġiċi (e.ż., puplesija, multiple sclerosis, jew Alzheimer’s disease). Apparti eżerċizzji ġenerali għall-iżvilupp tad-diskors hemm ukoll sezzjonijiet separati għal pazjenti bl-afasja, disfaġija jew disartrija.

FAĊILITAR TA’ TELEMEDICINE

SpeakTX jinkludi għodda ta’ konsultazzjoni onlajn, li tippermetti lill-ispeċjalisti li jkollhom sezzjonijiet ta’ terapija onlajn permezz ta’ telefonata bil-vidjow. Pjanjiet ta’ eżerċizzju personalizzati jgħinu fil-moniteraġġ tal-progress li qed jagħmel il-pazjent u jiggwida x-xogħol indipendenti bħala parti mit-terapija remota.

L-IMSIEĦBA TAGĦNA

SpeakTX għandu msieħba u klijenti madwar l-Ewropa kollha.

KUMMENTI

"SpeakTX iżid il-flessibilità u l-kumdità fix-xogħol tiegħi. Jippermettili naqsam eżerċizzji b'mod komdu mal-klijenti. Il-pjattaforma tista' tiġi aċċessata faċilment u l-klijent jista' jsib l-eżerċizzji assenjati faċilment."
Mari-Ann Hansen
Speech Therapist (Estonja)
"SpeakTX huwa għodda li tgħini fix-xogħol tiegħi bħala terapista tad-diskors u l-lingwa. Nista' noħloq pjan ta' eżerċizzju personalizzat għal kull klijent u nħares l-implimentazzjoni ta’ dawn l-eżerċizzji bejn sessjoni u oħra."
Lea Kübar
Speech Therapist (Estonja)
"SpeakTX hija pjattaforma faċli biex tintuża kemm minn professjonisti kif ukoll mill-klijenti tagħhom. It-tfal iħobbu jagħmlu l-eżerċizzji ta'SpeakTX, għax toffri eżerċizzji interattivi."
Eva Balode
Audiologist (Latvja)